viernes, 31 de agosto de 2007

Tahwid



PAJJIZNA ma jistax jibqa’ jitmexxa bit-tahwid kif qieghed ikun immexxi.Fost l-ahhar tahwid kellna r-rizenja tac-chairman tal-Korporazzjoni ghas-Servizzi ta’ l-Ilma, Michael Falzon.Michael Falzon irrizenja wara li l-Ministru Austin Gatt, li huwa politikament responsabbli mill-istess korporazzjoni, “gibidlu widnejh” dwar il-varjazzjonijiet fl-infiq fl-impjanti ghat-tisfija tad-drenagg f’Ghawdex u fil-Mellieha.Ir-rizenja ta’ Michael Falzon ma kinitx accettata u wara laqgha li kellu ma’ Austin Gatt kollox rega’ lura ghal li kien.Mhux biss, imma l-istess Ministru Austin Gatt, wara l-laqgha iddikjara li l-pozizzjoni tal-Bord tad-Diretturi tal-KSI kienet bhal dik tal-Ministru.M’hemmx dubju li kulmin ghandu rasu fuq ghonqu, bir-ragun qieghed jistaqsi: Imma dan x’tahwid hu?Fl-ittra tieghu lil Michael Falzon, il-Ministru Austin Gatt kien kiteb li xi hadd ghandu jerfa’ r-responsabbiltà ghal din il-hela ta’ flus, b’referenza partikolari ghall-varjazzjonijiet fl-infiq fl-impjanti ghat-tisfija tad-drenagg.Mela skond Austin Gatt kien hemm il-hela ta’ flus u xi hadd irid jerfa’ r-responsabbiltà ghal din il-hela.Imma f’daqqa wahda, jintnesew il-hela ta’ flus u r-responsabbiltà li xi hadd irid jerfa’, u l-pozizzjoni tal-bord tal-KSI saret simili ghal dik ta’ Austin Gatt.Imma l-poplu m’huwiex imbecilli, u ghax mhux imbecilli jippretendi li jinghata d-dettalji ta’ dak kollu li gara. Il-poplu ghandu dritt ikun jaf id-dettalji kollha tal-varjazzonijiet li rrifera ghalihom Austin Gatt fl-ittra tieghu lil Michael Falzon.Huwa dmir Lawrence Gonzi, mhux biss bhala Prim Ministru, imma wkoll bhala Ministru tal-Finanzi, li jispejga kulma gara bla tidwir ta’ kliem.

5 comentarios:

Jesús dijo...

Ésta también es una lengua oficial en la Unión Europea.

Mari Pau dijo...

Michael Falzon tiene mucha razón en todo lo que dice.

Conchi dijo...

Pues yo no estoy del todo de acuerdo con él. Creo que las tesis de Antonio Ozores son más defendibles.

Conchi dijo...

De todas maneras, gracias por culturizarnos, Jesús.

Jesús dijo...

Mi intención básica es provocar y que se participe más en el blog